Archive for October 14th, 2014

L-iskola tagħna se terġa’ tieħu sehem għal darb’oħra fil-kampanja “Irriċikla għall-Istrina”. L-għan ta’ din il-kampanja huwa li jinġabru fondi għall-istrina u fl-istess ħin tinkoraġġixxi lilna lkoll biex nirriċiklaw aktar. Għal darb’oħra se nkunu qed niġbru tappijiet tal-flixken tal-plastik.  GreenPak se tagħti donazzjoni lill-Istrina skont l-ammont ta’ tappijiet li jinġabru. Għalhekk inħeġġukom biex it-tappijiet tal-flixken ma tarmuhomx imma ġġibuhom l-iskola sabiex nirriċiklawhom. B’hekk nkunu qed ngħinu l-Istrina u nieħdu ħsieb l-ambjent fl-istess ħin!! GRAZZI u PROSIT lil min diġa’ ġab!!

recycle-image

Read Full Post »

Healthy Breakfast

Illum l-iskola organizzat Healthy Breakfast ghall-istudenti tal-ewwel, tat-tieni u tat-tielet sena tal-Primarja ġewwa l-kċina tal-iskola. L-iskop ta’ dawn l-attivitajiet huwa li ngħallmu lit-tfal kemm hu importanti għal saħħitna li nieklu ikel sustanzjuż.

Read Full Post »