Today 3rd July 2017, the school received the Eko Skola Green Flag Award for the 4th time from H.E. the President of Malta at the Palace in Valletta. The Ceremony was attended by the Head of School Mr A Cassar, the Eko Skola link teacher Ms M Ellul and two Eko Skola committee members Melanie Stvala and Sara Riani.

We wish to congratulate all members of staff and students for their hard work to make this achievement possible yet again! Well done!

Il-Festa t-Tajba!

Nawguraw il-Festa t-Tajba lil kulħadd!

Il-vaganzi tas-sajf huma mill-Ħamis 29 ta’ Ġunju 2017 sal-Ħadd 24 ta’ Settembru 2017. L-iskola terġa’ tibda nhar it-Tnejn 25 ta’ Settembru 2017. Minn qalbna nixtiequlkom il-vaganzi t-tajba!

Summer Holidays are from Thursday 29th June 2017 till Sunday 24th September 2017. School recommences on Monday 25th September 2017. We wish you all happy holidays!

Il-ġenituri tat-tfal tal-Year 6 huma mistiedna għal Farewell Ceremony nhar it-Tlieta 27 ta’ Ġunju 2017 fid-09:00. Se jkollna Quddiesa ta’ Ringrazzjament u wara riċeviment żgħir. Nixtiequ ħafna naraw il-presenza tagħkom f’din l-aħħar attività għat-tfal tal-Year 6.

The parents of Year 6 pupils are kindly invited to a Farewell Ceremony on Tuesday 27th June 2017 at 09:00. We start with a Thanksgiving Mass followed by refreshments. We look forward to your presence during this last activity for our Year 6 pupils.

Today we had the first of two sessions of the Emergent Literacy Workshops in our school. Kinder 1 parents who attended had the opportunity to assist to a presentation by the Literacy Head of Department Ms Nadia Zammit and the Literacy Support Teacher Ms Svetlana Amato on the basic skills needed by children to prepare themselves for reading and writing.

Later all the Kinder 1 pupils and their teachers joined the parents in the hall where various activity stations were prepared. There the pupils were involved in various pre-reading and pre-writing activities. The parents present also joined in the fun activities.

Another session will be held tomorrow June 16th, for Kinder 2 pupils and parents.

Illum 13 ta’ Ġunju, saret attività bħala għeluq tal-Foreign Language Awareness Project li kien organizzat bi sħab bejn il-Kulleġġ San Injazju u l-Fakultà tal-Edukazzjoni tal-Università ta’ Malta. Bħala parti minn dan il-proġett, studenti tal-MTL (Masters in Teaching and Learning) kienu ta’ kull ġimgħa jmexxu lezzjonijiet lit-tfal tal-Year 5 fil-ħames skejjel primarji tal-Kulleġġ, fuq aspetti differenti tal-lingwi barranin. L-iskop ta’ dan il-proġett kien li jnissel fit-tfal l-imħabba lejn il-lingwi barranin u jkabbar fihom it-tagħrif dwarhom.

Għall-attività ta’ dal-għodu fl-iskola tagħna attendew it-tfal kollha tal-Year 5 tal-ħames skejjel primarji tal-Kulleġġ: Ħal Qormi San Ġorġ, Ħal Qormi San Bastjan, Ħaż-Żebbuġ, Is-Siġġiewi u l-iskola tagħna ta’ Ħal Luqa. Kien hawn fostna l-Ministru tal-Edukazzjoni, l-Onor. Evarist Bartolo u s-Segretarju Parlamentari fi ħdan l-istess ministeru l-Onor. Clifton Grima. Huma kienu milqugħa mill-Prinċipal tal-Kulleġġ is-sinjura Maria Pace u mid-Dekan tal-Fakultà tal-Edukazzjoni  l-Profs. Sandro Caruana. Kemm il-Ministru, kif ukoll il-Prinċipal tal-Kulleġġ u d-Dekan tal-Fakultà kellmu lit-tfal dwar l-importanza tal-lingwi.

L-istudenti ta’ kull skola imbagħad taw preżentazzjoni qasira dwar dak li tgħallmu tul dan il-proġett. Fir-ritratt t’hawn fuq jidhru l-istudenti tal-Year 5 tal-iskola tagħna waqt il-preżentazzjoni tagħhom.

Il-ġenituri tat-tfal tal-Year 2 huma ġentilment mistiedna

għall-Quddiesa tal-Ewwel Tqarbina

fis-sala tal-iskola

nhar it-Tnejn 19 ta’ Ġunju fid-09:30.

Wara jkun hemm riċeviment żgħir.

Importanti:

  • It-tfal jiġu lebsin il-libsa tal-Ewwel Tqarbina u dak inhar jiġu mal-ġenituri għall-quddiesa. Is-sala tal-iskola tinfetaħ fid-09:15. Tajjeb inkunu hemm ftit qabel ħalli nibdew il-quddiesa fid-09:30.
  • Il-ġenituri huma avżati sabiex jilbsu ilbies xieraq għal din l-okkażżjoni.
  • Wara l-attività t-tfal ikunu jistgħu imorru mal-ġenituri.