Għal darb’oħra ser terġa’ tiġi organizzata l-kompetizzjoni tal-Presepji.
Din se tkun maqsuma fi tliet kategoriji:
Kategorija A : Il-presepju tradizzjonali Malti – Trid tingħata mportanza lix-xogħol tal-idejn, kreattivita’, filwaqt li jinżamm l-istil tradizzjonali Malti.
Kategorija B: Presepju Modern – Dawn il-presepji jridu jkunu oriġinali u kreattivi.
Kategorija Ċ : Grotta – Trid tingħata mportanza lix-xogħol tal-idejn, kreattivġita’, filwaqat li jinżamm l-istil tradizzjonali Malti.
Regolamenti:
- Jistgħu jieħdu sehem studenti ‘l fuq minn ħames snin.
- Kull tip ta’ materjal jista’ jintuża.
- Il-presepji/grotta ma jistgħux ikunu akbar min 60cm tul x 40cm wisa’
- Kull presepju jrid ikollu isem l-istudent u l-iskola (dawn tieħu ħsiebhom l-iskola)
- Id-deċiżjioni tal- judges hi finali
Il-presepji magħżula jkunu għal wiri waqt l-attivitajiet ta’ Milied Flimkien. Il-presepji magħżula jridu jittieħdu il-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt Valletta nhar l-Erbgħa 9 ta’ Diċembru bejn is-2.00p.m. u l-4.00p.m u jinġabru mill-istess post nhar l-Ħamis 10 ta’ Diċembru, bejn il-11.00 a.m u l-11.30 a.m.
Inħeġġu lit-tfal jieħdu sehem.
Grazzi
Leave a Reply