Wara talba li għamilt lid-Direttorat, fl-iskola tagħna, matul il-ġimgħat tas-Sajf, ġie aċċettat sabiex ikollna l-ProgrammKlabbsajf. Klabbsajf huwa parti mill-programm Skolasajf – huwa programm għat-tfal li bħalissa qegħdin fit-tieni u t-tielet sena u li waqt is-sena skolastika jirċievu s-servizz ta’ Edukazzjoni Kumplimentari. Dan huwa programm li jagħti taħriġ fil-litteriżmu kif ukoll f’ħiliet oħra sabiex it-tfal li għandhom bżonn l-għajnuna jilħqu l-ħiliet bażiċi fil-kitba u fil-qari. Jingħata ukoll taħriġ f’ħiliet oħra.
Għalhekk ser issir laqgħa għalikom il-ġenituri fejn ser tinghataw aktar informazzjoni dwar x’jirrikjedi dan il-programm.
Data:10 ta’ Mejju 2013
Ħin:9.00 a.m.
Post:L-Iskola Primarja Ħal Luqa
Sue Azzopardi
Kap tal-Iskola
hemm circulari tal lis-skola sajf??
Nixtieq nistaqsi, jekk hux se jkun hemm organizzat xi haga simili ghat-tfal li f’Settembru li gej jitilghu fit-tieni klassi, jekk joghgbok. Grazzi bil-quddiem.
Ms Psaila,
Dan il-klabb jigi organizzat mid-Direttorat u hu offrut ghat tfal li qeghdin fit-2 u fit-3 sena tal-primarja biss. Jiddispjacini li min qieghed fl-1 sena ma jista’ jippartecipa.
Grazzi tal-interess,
S Azzopardi
Grazzi hafna.