Għeżież Ġenituri,
Bħas-snin ta’ qabel l-iskola ser torganizza l-attivitajiet tal-Karnival, nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Frar, 2013. Dakinnhar hija ġurnata normali tal-iskola mit-8.30 am sas-2.30 pm. It-tfal jistgħu jiġu libsin kostum tal-Karnival jew track-suit. Mhux ser ikun permess li jilbsu maskra u li jġibu xwabel jew ġugarelli li jistgħu jkunu ta’ periklu.
Għal din il-ġurnata l-ġenituri tal-Kunsill Skolastiku ser jippreparaw panina u jqassmu l-kejk.
Ser isir ukoll face-painting għat-tfal mill-Kindergarten sa Year 3.
Dawk it-tfal li jixtiequ jordnaw xi panina u jagħmlu face-painting għandhom iġibu l-flus sa nhar il-Ġimgħa, 1 ta’ Frar 2013. Il-make-up li jintuża huwa apposta biex ma jtellax ponot (hypo-allergenic). Iridu jġibu magħhom il-permess tal-ġenituri. Dakinhar it-tfal iġibu biss lunch-bag, flixkun tal-ilma u sarvetta.
Nixtiequ li jkollna suċċess bħas-sena l-oħra, billi min jista’ jipprovdi kejk li mbagħad aħna nqassmu fil-klassijiet. Il-qliegħ kollu li nagħmlu jmur biex nixtru kotba u riżorsi għall-iskola. It-tfal għandhom iġibu l-kejkijiet bejn is-6 u t-8 ta’ Frar 2013.
Grazzi tal-koperazzjoni.
———————————————————————————————–—————————
Isem it-tifal / tifla ____________________________klassi____________________________________
- Panina € 1.00 biż-żejt □ bil-butir □
- Face-Painting € 1.00
- Kejk € 0.20c
————————————————————————————————————————–
Jiena___________________________ġenitur/kuratur ta’ ______________________klassi___________
Nagħti permess lit-tifel/tifla tiegħi biex jagħmel/tagħmel face-painting.
Firma tal-ġenitur/kuratur ________________________
————————————————————————————————————————–
Jiena___________________________ġenitur/kuratur ta’ ______________________klassi___________
Ser noffri kejk għall-iskola.
Firma tal-ġenitur/kuratur ________________________
Leave a Reply