Archive for the ‘Circulars’ Category

Min jixtieq japplika għall-‘Breakfast Club‘ ta’ din is-sena skolastika irid jimla l-applikazzjoni elettronika fl-indirizz t’hawn taħt:

 

Those who would like to apply for this year’s Breakfast Club, please fill the online application from the link below :


http://education.gov.mt/mt/Pages/Breakfast-Club.aspx

 

 

 

 

 

Read Full Post »

Mr Cassar

Għeżież Ġenituri,

Ftit ġranet ilu jien ħadt uffiċċjalment it-tmexxija tal-Iskola f’idejja. Huwa ta’ unur kbir għalija li ġejt fdat bit-tmexxija ta’ din l-iskola u li se jkolli ċ-ċans naħdem magħkom għall-ġid tat-tfal li jattendu fl-iskola tagħna.

Jien inwiegħed li nkompli nimxi fuq il-passi tajba tal-Kapijiet ta’ qabli sabiex din l-iskola tibqa’ sservi bħala post fejn it-tfal jitgħallmu f’ambjent ferrieħi. Hawn nixtieq nirringrazzja lis-Sinjura Etienne Farrell tal-għajnuna tagħha fil-proċess ta’ transizzjoni li għamilna flimkien.

Jien qed inħares ‘il quddiem b’entużjażmu sabiex flimkien mal-Assistenti Kapijiet u l-edukaturi kollha li jaħdmu f’din l-Iskola, inkunu ta’ servizz għat-tfal li qed jogħġobkom tafdaw f’idejna.

Fil-waqt li nawguralkom il-kumplament tal-vaganzi t-tajba, nitlobkom li tibqgħu ssegwu l-avviżi li minn żmien għal żmien joħorġu fuq il-website tal-iskola, sabiex jekk Alla jrid, f’Settembru nagħtu bidu għal sena skolastika ġdida.

Alexander Cassar

Kap tal-Iskola

Read Full Post »

If you want to enlarge, to download or to print, click on the timetable:

DCM_080_-_Timetable_2016_Primary_Schools_

 

Read Full Post »

001

Read Full Post »

Għeżież Ġenituri/Kustodji,

Issa li wasalna lejn l-aħħar tas-sena skolastika, aħna bħala skola nidħlu fil-proċess li nevalwaw kif morna matul din is-sena u niddiskutu flimkien x’nistgħu nagħmlu biex is-sena li ġejja tkun aħjar minn din.

Parti minn dan il-proċess huwa li niġbru l-fehmiet tagħkom dwar din is-sena skolastika fil-kwestjonarji li ħloqna apposta għalikom il-ġenituri/kustodji . Il-kwestjonarju mhux twil ħafna u għalhekk mhux suppost li jieħu ħafna ħin. Inħeġġukom ħafna sabiex issibu ftit ħin u tgħaddulna l-kummenti tagħkom. Dawn huma l-links tal-kwestjonarji, dejjem skont il-klassi tat-tifel/tifla tagħkom:

Kwestjonarju tal-Kinder

Kwestjonarju tal-Yr1,2,3

Kwestjonarju tal-Yr4,5,6

Importanti li jimtela kwestjonarju wieħed biss għal kull tifel jew tifla, skont f’liema sena qegħdin. Jekk mhix problema, dawk il-ġenituri li għandhom tfal li jaqgħu f’kategoriji differenti kif imsemmija hawn fuq (eż: tifel fil-kinder u tifla fil-Yr 2), nitolbuhom biex jimlewhom it-tnejn. Dan lilna jgħinna ħafna fejn tidħol statistika u biex nindirizzaw diffikultajiet li jkunu jaffettwaw lil ċertu snin imma lil snin oħra le.

Grazzi ħafna tal-kooperazzjoni tagħkom.

 

Read Full Post »

FUN RUN

Issa li riesaq Marzu, bdejna bil-preparamenti għall-Fun Run u l-Ġurnata Sportiva ta’ din is-sena skolastika. Il-Fun Run se ssir nhar il-Ħamis 10 ta’ Marzu, 2016.

Read Full Post »

Disability Forum Invitation

Kindly click to enlarge:

Disability_Forum_Invitation_170216_Mt

Read Full Post »

This is the Guide for the iLearn Parental Portal.  To read/download, kindly click on it:

Guide_iLearn Parental Portal

Read Full Post »

College Art Exhibition

Click the text to enlarge:

Letter_parents_Ar_Exhib_2016_Eng_corrected_gb

Read Full Post »

DCM_251_-_Official_2016_Primary_Timetable

Read Full Post »

Older Posts »