happy halloween

unnamed

Illum saret il-laqgħa għall-Ġenituri dwar it-tagħlim tal-Matematika. Kienet laqgħa interessanti ħafna, iżda sfortunatament l-attendenza setgħet kienet aħjar. Inħeġġukom ħafna biex tattendu għal dawn il-laqgħat!

Il-Ġenituri li attendew għal-laqgħa llum urew ix-xewqa li jsiru aktar laqħat bħal dawn. Grazzi għall-Maths Support Teachers, il-laqgħat ser isiru kif ġej:

Il-Ħamis 15 ta’ Jannar mill-11.15 sas-1.30 għal Year 4
Il-Ġimgħa 16 ta’ Jannar mid-9.15 sal-11.30 għal Year 5
Il-Ġimgħa 23 ta’ Jannar mill-10.30 sa 12.00 għal Year 6

F’dawn il-laqgħat ser jieħdu sehem it-tfal ukoll.

Nittamaw li narawkom!

DCM 191 – Kors għall-Ġenituri fuq l-Ortografija tal-Malti

DCM 194 – Invit għall-Ġenituri SpLD

Kindergarten + Year 1

http://www.themeasuredmom.com/reading-skills-kids-need-theyre-ready-sound-out-words/

L-Uniformi u x-Xita

Għeżież

Minħabba li l-ġimgħa li ġejja t-temp mistenni li jiksaħ xi ftit, tfal li jħossu l-bard jistgħu jiġu bl-uniformi tax-xitwa. Min għalissa jippreferi li jibqa juża tas-sajf, jista’ jibqa jiġi biha.

It-tfal m’għandhomx jilbsu ħwejjeġ li ma jagħmlux parti mill-uniformi.

Bħal m’għamilna s-sena li għaddiet, meta tkun Ħ A F N A xita, ngħidulkom biex tidħlu għat-tfal mill-bieb il-prinċipali, u toħorġu bihom mill-bieb tan-naħa tal-Lelluxa.

Biex nevitaw xi inċident, it-tfal huma mitluba biex ma jġibux umbrelel l-iskola.

It-tfal tal-Year 5.1 bl-għajnuna tal-għalliema tagħhom Ms.Cumbo u l-LSA Ms.Camilleri, dalgħodu tellgħu preżentazzjoni sabiħa ħafna dwar il-Ħobż. Kulħadd tgħallem ħafna… u kulħadd fetaħ l-aptit għal xi kisra ħobż tal-Malti! hobz 1hobz 2

Follow

Get every new post delivered to your Inbox.

Join 116 other followers